Formula 1 Sport

Lando Norris jagħlaq id-distakk minn ma’ Piastri permezz tar-rebħa fl-Ungerija

(Ritratt: EPA)

Lando Norris irnxxielu jagħlaq id-distakk minn Oscar Piastri fil-klassifika ġenerali tas-sewwieqa hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Ungerija.

Norris daħal fl-ewwel post b’total ta’ 1:35:21.231, segwit minn sieħbu tal-istess tim Oscar Piastri. Dominju assolut ieħor minn McLaren anke fl-Ungerija.

George Russel u Charles Leclerc partu l-postijiet li kisbu fil-kwalifikazzjoni hekk kif is-sewwieq li beda fir-raba’ post temm fit-tielet post u kiseb post fuq il-podju, filwaqt li s-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc temm fir-raba’ post.

Is-sewwieqa ta’ Aston Martin, Fernando Alonso u Lance Stroll temmew fil-ħames u fis-seba’ post rispettivament u huma kienu seperati minn Gabrie Bortoletto ta’ Sauber.

Liam Lawson daħal fit-tmien post, segwit miċ-champion attwali Max Verstappen.

Kimi Antonelli kien l-aħħar li daħal mal-ewwel għaxra.

Oliver Bearman ta’ Haas kien l-unika sewwieq li ma temmx it-tellieqa.