Ritratti ta’ Martin Agius
Illum giet fi tmiemha wirja unika li saret f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta.
Din l-esebizzjoni ġabret flimkien numru kbir ta’ vetturi militari, u mmarkat it-80 anniversarju mir-rebħa tal-alleati fit-Tieni Gwerra Dinjija.
L-esebizzjoni kienet organizzata mill-Club Malti tal-Kolletturi tal-Vetturi Militari.
Fost il-karozzi li kienu għall-wiri, kien hemm uħud li ġew restawrati fl-aħħar snin u li huma parti minn kollezzjonijiet privati. Kien hemm ukoll vettura amphibian, li bħalha hawn biss 50 mad-dinja kollha – u l-uniku waħda tat-tip tagħha f’Malta.
Din l-esebuzzjoni għalqet il-Ħadd fis-2pm.






