Numru ta’ Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu f’Tal-Barrani wara inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni llum.
Il-ħabta seħħet fejn it-traffic lights, biswit l-istabbiliment Lidl – qabel tidħol lejn iż-Żejtun.
Net News jinsab infurmat li l-ħabta kienet bejn żewġ muturi, u s-sewwieqa ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.
//= $special ?>