Internazzjonali

68 migrant mietu wara li għerqet dgħajsa fil-Jemen

Matul il-jum tal-Ħadd, Aktar minn 60 migrant mietu wara li dgħajsa li kellha fuqha 150 persuna, għerqet ‘il barra mill-kosta tan-nofsinhar tal-Jemen. Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), dan l-inċident seħħ kaġun tal-maltemp.

Id-dgħajsa inqalbet ħdejn il-provinċja ta’ Abyan u 68 persuna tilfu ħajjithom. Tnax-il persuna baqgħu ħajjin, filwaqt bosta għadhom ma nstabux. Il-biċċa l-kbira tal-vittmi huma maħsuba li huma mill-Etjopja.

L-awtoritajiet qed iwettqu operazzjoni intensiva ta’ tiftix u salvataġġ. L-IOM ħeġġet għal protezzjoni ta’ migrazzjoni legali aktar b’saħħitha biex jiġi evitat aktar telf ta’ ħajjiet.