Ma taqta’ xejn il-kritika lejn il-liġijiet tal-ippjanar li qed jimbotta Robert Abela – kritika li ġejja minn kull sfera tas-soċjetà, inkluż fuq aspetti legali.
“Sfortunatament ma nistgħux ngħidu li dawn se jġibu ċertezza legali anzi saħansitra se jeqirdu kull forma ta’ ċertezza legali.”
Din kienet ir-reazzjoni tal-avukat u attivista, Claire Bonello għall-abbozzi tal-Ippjanar li nieda l-Gvern Laburista, tant li saħansista ddeskriviethom bħala bomba atomika.
F’intervista mal-MaltaToday, hi esprimiet il-frustrazzjoni tagħha għal din il-manuvra, fejn insistiet li tali abbozzi jibagħtu lil Malta lura għaż-żminijiet fewdali. Qalet ukoll li permezz ta’ dawn il-liġijiet il-Bord tal-Ippjanar meta jieħu deċiżjonijiet se jkun jista’ tiddevja mill-policies – u jekk tiddevja mir-regoli, allura ma jkunux policies applikabbli.
L-avukat Claire Bonello irreferiet għal dawn l-abbozzi bħala “frammentati” u fl-istess waqt ikkritikat in-nuqqas ta’ konsultazzjoni min-naħa tal-Gvern. Hi qalet li kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg meta stqarr li l-konsultazzjoni se twassal għal spekulazzjoni tal-prezzijiet tal-propjetà mhuwa xejn għajr “ċajta”.
Bl-oppost għal dak li ssuġġerixxa l-Prim Ministu li dawn l-abbozzi se jġibu kjarezza, Claire Bonello wissiet li fir-realtà se joħolqu inċertezza legali.
//= $special ?>