Lokali

Bosta jikkritikaw lis-Sindku Laburista ta’ Marsaskala

Is-Sindku ta’ Marsaskala, Mario Calleja, iddikkjara pubblikament li jappoġġja bis-sħiħ il-proġett tal-laneċ bejn il-Belt Valletta u Wied il-Għajn. Iżda bosta residenti qed jesprimu l-frustrazzjoni tagħhom għal dan il-proġett minħabba ħafna fatturi fosthom: iż-żieda fit-traffiku li l-bastimenti se jġibu magħhom, l-impatt ambjentali fuq il-baħar, il-kwistjoni tat-tniġġis akustiku, u problemi oħrajn.

Waħda mara semmiet kif se jkunu jistgħu r-residenti u l-komunità jappoġġjaw din il-proposta jekk ħadd ma ra l-pjanijiet jew kien involut f’xi tip ta’ konsultazzjoni.

Mara oħra saħansitra qajmet tħassib dwar l-impatt negattiv li kapaċi jħalli dan il-proġett fuq iz-zoni tal-għawm. Bi tħassib serju dwar kemm il-baħar f’Wied il-Għajn se jibqa’ nadif.

Residenta oħra staqsiet “fl-interess ta’ min hu dan il-proġett? Żgur mhux fl-interess tagħna r-residenti ta’ Marsaskala, u lanqas ta’ dawk li jiġu jgawdu l-bajja sabiħa tagħna.

Jekk il-ferry hi mmexxija minn interessi kummerċjali jew biex isservi proġetti ta’ żvilupp, dan imur kontra l-bżonnijiet tal-komunità tagħna u l-preservazzjoni tal-identità ta’ dan il-villaġġ.“

Fil-kummenti, in-nies appellaw lis-Sindku Laburista ta’ Wied il-Għajn sabiex jisma’ dak li għandhom xi jgħidu r-residenti, jikkunsidra l-impatti negattivi ta’ dan il-proġett u biex bħala kunsill jaħdmu ħalli jipproteġu l-karattru uniku ta’ Marsaskala.