Futbol Sport

Ftehim milħuq bejn il-gowlkiper internazzjonali Malti James Sissons u Chesterfiled FC

James Sissons
James Sissons

Il-gowlkiper ta’ 18-il sena, li preżentament hu t-tielet gowlkiper tat-tim nazzjonali Malti, James Sissons għadu kemm laħaq qbil mal-klabb tal-League 2 fl-Ingilterra, Chesterfield FC.

It-tim li miegħu jilgħab talent ieħor Malti, Gunner Elliot, ilu jsegwi mill-viċin lil Sissons u fl-aħħar sigħat il-gowlkiper prodott ta’ Melita, laħaq qbil ma’ Chesterfield FC biex iffirma kuntratt li se jkun qed jorbtu mal-akkademja ta’ dan il-klabb li jinsab fir-raba’ livell ta’ futbol fl-Ingilterra.

Fil-passat riċenti, kien hemm bosta klabbs barranin li wrew interess f’Sissons iżda sa fl-aħħar għandna konferma ta’ trasferiment li mingħajr dubju se jkun iċ-ċavetta mixtieqa u meħtieġa.

Sissons u Elliot mhumiex l-uniċi Maltin li jiffurmaw parti minn Chesterfield FC. Ma’ dan il-klabb hemm ukoll l-eks plejer ta’ diversi klabbs fil-Kampjonat Premier, Justin Tellus li għal dawn l-aħħar staġuni assuma l-kariga ta’ Head of Recruitment and Development Officer ta’ Chesterfield FC.