Ħadd ma weġġa’ wara ħabta head-on li seħħet aktar kmieni llum.
Jirriżulta li l-inċident kien rappurtat għall-ħabta tan-12:30pm, hekk kif karozza privata ħabtet f’Tal-Linja fit-Telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat.
Mill-informazzjoni li waslitilna, jirriżulta li l-karozza tal-linja kienet tiela’ lejn is-Saqqajja meta l-karozza daħlet direttament għal fuqha.
Ħadd ma jidher li weġġa’ f’dan l-inċident… għalkemm saret ħsara estensiva kemm fil-vettura, u anke fil-karozza tal-linja.
Bid-daqqa, il-vettura spiċċat tħares fid-direzzjoni opposta.

