“Is-Swieqi jinsab fi kriżi”.
Hekk iddikjara s-Sindku Noel Muscat f’ittra mibgħuta lill-Prim Ministru, fejn elenka l-problemi enormi li qed jaffaċċjaw ir-residenti – problemi relatati ma’ ħmieġ, abbuż, storbju f’kull ħin tal-ġurnata u anke vandaliżmu.
Il-Kunsill tas-Swieqi għamilha ċara mal-Prim Ministru li issa s-sitwazzjoni hija kompletament bla kontroll. “Iż-żejjed kollu żejjed. Issa l-mument tal-azzjoni”, stqarr Noel Muscat fl-ittra tiegħu li ġiet indirizzata wkoll lid-Deputat Prim Ministru Ian Borg u lis-Segretarju Permanenti.
Is-Sindku għamel referenza partikolari għall-isplużjoni ta’ barranin li qed jgħixu jew jikru appartamenti f’din iz-zona. Fejn spjega kif is-Swieqi spiċċa “stuprat” u mneżża mis-sbuħija tipika tiegħu.
Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi qed jitlob li l-Gvern jieħu azzjoni immedjata u mhux jibqa’ ċass quddiem din il-kriżi. Bis-Sindku jitlob, fost l-oħrajn, li tittieħed azzjoni dwar il-permessi li qed jinħarġu mill-MTA, li jiġu aġġornati l-liġijiet li jirregolaw ix-short lets, li jibdew jinħarġu multi għal min jabbuża, li jkun hemm rondi tal-Pulizija bil-lejl u li jsir carrying capacity serju – aspett li l-PN ilu żmien twil jimbotta biex jitwettaq.
//= $special ?>