Sport

Iga Swiatekt eliminata mill-Open tal-Kanada

Iċ-champion ta’ Wimbledon, Iga Swiatek, sfat eliminata mill-Open tal-Kanada wara li sofriet telfa xejn mistennija kontra  Clara Tauson tad-Danimarka fir-raba’ rawnd.

Clara Tauson li għandha ranking mondjali numru 19, fir-raba’ rawnd kontra Swiatek pattiet għat-telfa f’Wimbledon ix-xahar li għadda. F’Montreal, Tauson wara li rebħet l-ewwel set 7 – 6 iddominat għal kollox it-tieni set li rebħet 6 – 3 .

L-eliminazzjoni ta’ Iga Swiatek waslet wara l-eliminazzjoni ta’ Coco Gauff, id-darbtejn rebbieħa Jessica Pegula u r-raba’ seed Mirra Andreeva li kollha ġew eliminati.

Tauson issa tilgħab kontra c-champion tal-Open Awstraljan Madison Keys fil-kwarti tal-finali wara li l-Amerikana salvat żewġ match points fi triqitha lejn rebħa ta’ 4-6 6-3 7-5 kontra ċ-Ċeka Karolina Muchova.

Naomi Osaka, rebbieħa erba’ darbiet ta’ titli ewlenin tilfet logħba waħda biss meta ddominat għal kollox lil Anastasija Sevastova tal-Latvja biex rebħet 6-1, 6-0, f’49 minuta.

Il-Ġappuniża Osaka, rebbieħa darbtejn fl-Opens tal-Istati Uniti u tal-Awstralja, qed tfittex l-ewwel titlu tagħha minn meta rritornat tikkompeti wara l-waqfa tal-maternità kmieni fl-2024.