Il-Gvern tal-Litwanja rriżenja formalment, ġimgħa wara li Gintautas Paluckas iddeċieda biex iwarrab mir-rwol ta’ Prim Ministru, fost sensiela ta’ allegazzjonijiet dwar il-korruzzjoni.
Intant, il-President Litwan Gitanas Nauseda ħatar lill-Ministru tal-Finanzi, Rimantas Šadžius, bħala Aġent Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż… Šadžius għandu jmexxi Gvern proviżorju sakemm il-Kabinett ġdid jingħata l-ġurament tal-ħatra f’Vilnius.
Paluckas kien ilu Prim Ministru minn Diċembru tal-2024 u fejn kien imexxi lill-Partit Soċjal Demokratiku taċ-ċentru-xellug.
Hu warrab mill-poter minħabba l-investigazzjonijiet relatati ‘man-negozju tiegħu’ u li qanqlu l-protesti fil-Litwanja – bin-nies jinsistu għar-riżenja tal-Prim Ministru.
Illum, Paluckas – li rriżenja wkoll mit-tmexxija tal-partit – qed jiċħad l-allegazzjonijiet kollha fil-konfront tiegħu,
Is-Soċjali Demokratiċi, sadanittant, se jibqgħu fil-poter u meta mistenni li l-partit fil-Gvern, nhar l-Erbgħa, jagħżel is-suċċessur ta’ Paluckas.
//= $special ?>