Il-Gvern illejla aġġorna l-Parlament għall-vaganzi tas-sajf biex issa s-seduta li jmiss tal-parlament se ssir nhar it-Tnejn 15 ta’ Settembru 2025.
Dan tħabbar fil-Parlament illejla qabel il-ħin tal-aġġornament tax-xogħol tal-Kamra, fit-tmiem id-dibattitu parlamentari. L-aħħar abbozz ta’ liġi li kien diskuss fis-seduta tal-lum qabel aġġorna l-Parlament għall-vaganzi tas-sajf kienu emendi għal diversi liġijiet dwar it-taxxa, li dwarhom l-Oppożizzjoni ressqet diversi emendi u vvotat kontra.
L-intenzjoni tal-Gvern kienet li qabel jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf, il-Gvern japprova bl-għaġġla u bla konsultazzjoni żewġ liġijiet kontroversjali dwar l-ambjent, liema abbozzi ġabu oġġezzjonijiet kbar mill-PN, mill-ambjentalisti u mis-soċjetà.
Dan wassal biex il-Gvern kellu jirtira l-pożizzjoni tiegħu u ma jiddiskutix dawn l-abbozzi bil-Prim Ministru Robert Abela jiddikjara li dawn mhux se jiġu diskussi f’dan l-istadju.
//= $special ?>