Lokali Parlament

Il-PN jemmen f’sistema fiskali, ġusta u trasparenti li ma tippremjax lil min jevadi apposta

Graham Bencini, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal fil-parlament li l-PN jemmen f’sistema fiskali, ġusta u trarenti u għalhekk qed jipproponi soluzzjoni li ma jaħfrux lil min abbuża iżda joffri soluzzjoni umana għal dawk li b’mod ġenwin kellhom diffikultajiet.

Graham Bencini qal li dan l-abbozz li jemenda diversi liġijiet dwar it-taxxa, jolqot lil dak li dejjem ipprovaw iħallsu t-taxxa kif suppost u sostna li trid issir distinzjoni bejn dawk li jħallsu t-taxxa u dawk li jevadu. Hu qal li hemm jixtieq iħallas it-taxxa iżda ma jistax iħallas u hemm dawk li jevadu bi skop. Għandu jkun hemm struttura ta’ appoġġ għal dawk li ma jirnexxilhomx iħallsu t-taxxa għaliex dawn m’għandhomx jitpoġġew fil-kategorija ta’ dawk li jevadu t-taxxa bi skop.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawk li jeavdu t-taxxa bi skop jużaw diversi metodi biex jagħmlu dan. Hu sostna li fil-pajjiż hawn mekkaniżmu legali biex jgħinu lil dawk li għal raġunijiet ġenwini jkollhom diffikultà biex iħallsu t-taxxa. Dawn jinkludu sistemi ta’ pagamenti fuq perjodu definit; dan sar bl-iskop li ħadd ma jintefa taħt pressjonijiet finanzjarji.

Graham Bencini qal li hemm ċirkostanzi fejn in-nies li jkollhom ajgħtu t-taxxa pendenti ma jkunux jafu li hemm dan il-mekkaniżmu galkemm f’ċertu każi dan ma jkunx biżżejjed minħabba arretrati u penali u li jkunu akkumulaw. Dan l-abbozz mhuwiex qed jgħin lil dawk ġenwini iżda qed jgħin lil dawk li b’intenzjoni u bi pjan għażlu li jevadu t-taxxa.

Dan mhuwiex tentattiv biex ikun regolat il-ġbir tat-taxxa iżda strument li joffri mod lil min jevai t-taxxa bi skop. Dwk li anki tressqu l-qorti b’evażjoni tat-taxxa issa jistgħu jħallsu penali amministrattiva u jkolhom il-proċeduri atgħhom imwaqqfa. Dan hu insult għal dawk li dejjem ħallsu t-taxxa b’mod ġenwin, sostna Graham Benicini, li kompla li l-gvern qed jibgħat messaġġ li jekk persuna tinqabad tevadi t-taxxa l-gvern itik ftehim u ma tiffaċċjax l-ebda knsegweza. Dan se jħeġġeġ kultura ta’ evażjoni, sostna Graham Bencini, li kompla li l-gvern stess qed jiftaħ il-bieb għal ftehim ma’ min jevadi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dan mhuwiex ġust ma min ħallas it-taxxa dejjem kfi suppost u sostna li din hi kultura ta’ impunità li ilha tirrendja 12-il sena. Hu kompla li l-PN jippreferi jiffoka fuq l-għajnuna lin-nies ġenwini u qed jipproponi viżjoni bla kompromessi mal-ġustizzja.

Graham Bencini qal li l-PN ma jħarisx lejn it-taxxa b’mod dirett iżda lanqas sistema li taġevola lil min jevadi. Hu ppropona estenzjoni fl-iskema tal-ħlas li hu ġenwin bil-Kummissarju tat-Taxxa jingħata iktar flessibbiltà b’responsabbiltà, riformi fil-penali u l-interessi b’ġustizzja proporzjonata, appoġġ strutturat għal nies ġenwini f’ċirkostanzi straordinarji u t-trasparenza b’informazzjoni iktar aċċessibbli, sempliċi u effettiva.

Graham Benici qal li l-PN jemmen f’sistema fiskali, ġusta u trarenti u għalhekk qed jipproponi soluzzjoni li ma jaħfrux lil min abbuża iżda joffri soluzzjoni umana għal dawk li b’mod ġenwin kellhom diffikultajiet.