Lokali Saħħa

“Inħabbru li għandna nħabbru meta jkun il-waqt” – Jo Etienne Abela dwar il-miżuri ta’ sigurtà fit-toroq

Inħabbru li għandna nħabbru meta jkun il-waqt.

Kienet din ir-risposta tal-Ministru tas-Saħħa, Jo Etienne Abela meta mistoqsi kif se jsolvi din il-kriżi tal-inċident tat-traffiku. Dan wara li l-aħħar jiem kienu l-agħar ġranet għat-toroq ta’ pajjiżna – li ħallew l-ogħla ammont ta’ vittmi, kif ukoll ammont ta’ persuni fil-periklu tal-mewt.

Iżda minkejja dan kollu, il-Ministru għadu ma jafx meta se jibda jindirizza din il-kriżi, hekk kif skont hu s-soluzzjonijiet għadhom fl-istadju ta’ dibattitu bejn Ministeri differenti.

Dwar din il-kriżi fit-toroq ta’ pajjiżna tkellmu numru ta’ esperti mediċi, fosthom anka t-tabib tal-emergenza Jonathan Joslin illi qal li hemm bżonn li jsiru iktar spot checks regolari għas-sewwieqa. Bil-Ministru jgħid li dawn il-proposti se jittieħdu in-kunsiderazzjoni iżda – qalx meta.

Bil-Ministru jargumenta li d-diskussjonijiet ilhom għaddejjien però s’issa għad ma hemmx data meta dawn se jkunu implimentati.

Hawn, Jo Etienne Abela naqas milli jsemmi miżuri  li bħala Gvern qed jipproponi.

Intant, diversi tobba jibqaw jistaqsu fejn hi l-istrateġija nazzjonali u fejn hi l-azzjoni tant meħtieġa biex it-toroq tagħna jsiru aktar siguri.