Kyren Wilson, in-numru tnejn fid-dinja tas-snooker, għeleb lil Ali Carter għal 11-il darba biex rebaħ għat-tieni darba fil-karriera x-Shanghai Masters.
Kyren Wilson ta’ 33 sena, li wkoll rebaħ it-tournament għaxar snin ilu, rebaħ żewġ frames konsekuttivi f’finali mimlija tensjoni wara li t-tnejn kienu bi skor indaqs ta’ 9 frames għal 9.
Wilson rebaħ wkoll £210,000 talli kiseb l-ewwel suċċess f’kompetizzjoni kbira tal-istaġun il-ġdid.
Ali Carter, li rebaħ l-avveniment fl-2010, lagħab fit-tournament wara li ħa post Mark Allen tal-Irlanda ta’ Fuq li rtira minħabba raġunijiet personali.
Wilson għamel xejn anqas minn ħames centuries fil-finali, iżda kellu jisforza biex jegħleb lil Carter li ta’ 46 sena, kien għamel breaks ta’ 140 u 90 biex kiseb id-draw, iżda Wilson għamel 126 biex mar 10-9 minn fuq u clearance ta’ 57 u ssiġilla r-rebħa.
Id-difiża tal-Crucible taċ-champion tad-dinja tal-2024 ma rnexxietx fl-ewwel rawnd kontra Lei Peifan f’Sheffield, f’April li għadda, iżda Wilson wera l-aħjar tieghu f’Shanghai, fejn għeleb lil Si Jiahui, Ronnie O’Sullivan u ċ-champion tad-dinja Zhao Xintong fi triqtu lejn il-finali.
//= $special ?>