Meta l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-mod li bih Robert Abela ppreżenta r-riforma tal-ippjanar kienet froġa u kompla jitfa’ n-nar fuq in-narrativa li dan il-proċess huwa wieħed diżastruż, fejn kollox jindika li l-kummenti tiegħu kienu direttament indirizzati lejn Robert Abela.
Dan intqal minn Saviour Balzan, li tefa’ dawl fuq dak li Joseph Muscat sejjaħ bħala “froġa” – li seħħet meta ġew ippublikati l-liġijiet tal-ippjanar; fejn Balzan għamel refernza wkoll għal kumment partikolari, meta Joseph Muscat sostna li l-idea li tagħti l-poter kollu lil Ministru responsabbli ma tagħmilx sens. Kif ġara dan fi żmien Lorry Sant.
Saviour Balzan sostna li l-portagonisti kollha f’din is-saga – inkluż Joseph Muscat – mhux jaqraw is-sitwazzjoni b’mod korett. Dan hekk kif fost il-poplu hemm dik li hu sejjaħ, mewġa ta’ nuqqas ta’ kuntentizza.
U minkejja li forsi l-poplu qed jgħix iżjed komdu finanzjarjament, bosta drabi jħossu l-piż tal-inflazzjoni u fuq kollox is-sens ta’ klawstrofobja, skumdità bil-bini kullimkien, ħmieġ, traffiku, storbju biż-żieda rapida tal-barranin u l-impatt li dan qed iħalli fuq l-infrastrutura.
Saviour Balzan tenna li din is-sitwazzjoni mhux qed tolqot persuna waħda kulant, iżda eluf li jħossu li jinsabu f’gaġġa – ħtija tal-Gvern. Spjega wkoll li l-maġġoranza tal-poplu jixtiequ ħajja serena, imma b’din il-liġi li qed tiġi proposta qed jaraw biss metodu kif l-iżviluppaturi jsiru iżjed sinjuri, u jagħmlu dak kollu li jridu mingħajr xkil.
Intant, fost dawk li qablu li din il-proposta tal-liġi hija froġa kien hemm l-attivista Andre Callus li uża l-istess kliem li uża Joseph Muscat.
Turija ċara li b’din il-mossa, Robert Abela rnexxielu jgħaqqad lil kulħadd kontrih.
//= $special ?>