L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi ċelebrazzjonijiet tal-quddiesa f’lejlet il-festa ta’ San Gejtanu fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun u fl-okkażjoni tal-150 anniversarju minn meta l-parroċċa bdiet tilqa’ lill-komunità, u quddiesa fil‑festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, fil‑Gudja.
Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof jiċċelebra wkoll quddiesa f’Jum il‑Ħajja fil‑Katidral ta’ Marija Assunta fir‑Rabat, Għawdex; il‑Ħadd 10 ta’ Awwissu fid‑9:30am fil‑Kappella tal‑Fidwa f’Selmun fil‑Mellieħa u dakinhar fil‑5:30pm, jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika ta’ Santa Marija fil‑Mosta fl‑okkażjoni tal‑50 sena mill‑inkurunazzjoni tal‑kwadru titulari.
Il‑Ħamis 14 ta’ Awwissu fil‑5:15pm, lejlet il-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema, l‑Arċisqof imexxi traslazzjoni, vespri u quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina bis-sehem tal-Leġjun ta’ Marija filwaqt li l‑Ħadd 17 ta’ Awwissu fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Santwarju ta’ San Pawl tal‑Ħġejjeġ f’San Pawl il‑Baħar.
Is‑Sibt 23 ta’ Awwissu fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Matthew Pulis bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil‑Manikata.
Nhar il‑Ħadd 24 ta’ Awwissu fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Franġisk t’Assisi, fil-Qawra.
//= $special ?>