Malta 44 Żvizzera 57
It-tieni partita u t-tieni telfa għas-selezzjoni Maltija mmexxija minn Charles Bonnici assistit minn Maria Agius. Telfa fil-Kampjonat FIBAEurope tan-nisa – Divizjoni B, f’Miskolc fl-Ungerija, li mmaturat fl-aħħar sessjoni. L-Iżvizzera rebħet b’distakk ta’ 11-il punt li għamlu d-differenza fuq ir-riżultat finali.
Mit-telfa fl-ewwel partita kontra Kroazja 96 – 34, it-tim Malti kien aħjar fejn wara li rebaħ l-ewwel sessjoni 8 – 6 , fit-tieni sessjoni waslet ir-risposta mill-Iżvizzera li rebħet is-sessjoni 18 – 14 bl-iskor isir 24 – 24 sa ħin il-mistrieħ.
Fit-tielet sessjoni distakk ta’ erba’ punti 19 – 15 bl-iskor isir 43 – 39 għall-Iżvizzera li wara ddominat għal kollox l-aħħar sessjoni 14 – 5 għall-iskor finali ta’ 57 – 44
Il-punti għal Malta kienu minn Danika Galea 20 punt, Lisa Fenech 10 punti, Sarah Fenech Pace 5 punti , Jade Said 3 punti, Andrea Saliba, Ella Abela u Philippa Riolo żewġ punti kull wieħed.
Il-partita li jmiss għal Malta hija kontra Greċja
//= $special ?>