Sport

Partita pjacevoli bejn Manchester United u Everton

Manchester United   2               Everton     2

Partita pjuttost pjacevoli fejn matul it-tieni taqsima kemm Ruben Amorim għal Manchester United, kif wkoll David Moyes għal Everton għamlu użu mill-parti l-kbira tal-plejers li kellhom fuq il-bank, fattur li seta’ naqqas xi ftit mir-ritmu tal-partita.

Kienu Manchester United li wara biss 18-il minuta fetħu l-iskor minn penalty wara li BRUNO FERNANDEZ għeleb lil Jordan Pickford. Reazzjoni minn Everton li fl-40 minuta kisbu l-gowl tad-draw wara li ILIMAN NDAYE għeleb lil Altay Bayindr.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess fejn Manchester United mill-ġdid fil-vantaġġ fid-69 minuta permezz ta’ MASON MOUNT li għeleb lil Pickford. Il-gowl tad-draw għal Everton wasal permezz ta’ auto goal minn AYDEN HEAVEN fil-75 minuta ftit wara li kien daħal bħala sostitut flok Leny Yoro għall-iskor finali ta’ 2 – 2.