Sport

Prestazzjonijiet eċċellenti fil-kampjonati nazzjonali tal-adulti tal-Bowling

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Bank of Valletta saru fis-Superbowl f’Lulju  u għandna żewġ Ċampjins Nazzjonali ġodda li rebħuhom għall-ewwel darba! Cynthia Frendo Duca u Nicolai Mallia taw prestazzjonijiet eċċellenti fil-kampjonati nazzjonali tal-adulti ta’ din is-sena biex ħarġu rebbieħa denji wara 4 ijiem, 24 logħba, fuq żewġ “Sport Patterns”  differenti, u b’kompetituri b’saħħithom.

Cynthia kienet fl-ewwel post kważi mill-bidu sat-tmiem hekk kif spiċċat b’total ta’ 4696, medja ta’ 195.7, quddiem  l-Eks Champion Nazzjonali multipla Sue Abela (4532), b’Melissa Swift fit-tielet post b’4438.

Matthew Magro beda ferm tajjeb u kien fl-ewwel post fis-sezzjoni tal-irġiel  sa 19-il logħba, għax fil-logħba numru 20 kellu logħba  iebsa ta’ 151, li flimkien ma’  logħob  inkredibbli ta’ 280 fl-istess logħba minn Nicolai Mallia u medja qawwija ta’ 258 minn Kayden Lagana, fissru li Matthew niżel fit-tielet post wara Kayden, b’Nicolai fit-tielet post f’dak l-istadju. Nicolai u Kayden baqgħu jissieltu sal-aħħar iżda Nicolai, grazzi għal medja inkredibbli ta’ 263.6 fuq l-aħħar 5 logħbiet, spiċċa qabel Kayden (5327-5284), b’Matthew fit-tielet post b’medja ta’ 5132.

Nicolai Mallia u Cynthia Frendo Duca se jirrappreżentaw lil Malta fl-ECC li ġej, f’Ottubru, fi Vjenna.