Lokali

Raġel weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ta’ Xbiex


Raġel ta’ 28 sena, li joqgħod Ħal Għargħur, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Ta Xbiex.

Il-każ seħħ għal xi t-07:45, fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex, Ta’ Xbiex, wara li ntlaqat minn Toyota IQ, li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 52 sena residenti l-Gżira.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li
weġġa’ gravi.


L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.