Ir-rata ta’ assenteiżmu fl-aħħar tliet snin mill-iskejjel tal-istat, skont il-ġeneru, dejjem qabeż il-5 fil-mija dan kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet.
Jirriżulta li fis-sena skolastika 2022/23 kien hemm assentiżmu ta’ 5.69% femminil u 5.46% maskli, fis-sena skolastika 2023/24 kien hemm 5.86% femminili u 5.70% maskili filwaqt li fis-sena skolastika 2024/25, fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet, kien hemm assenteimżu ta’ 5.40% femminili u 5.10% maskili/
Id-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar l-assenteiżmu fi ħdan l-Iskejjel tal-Knisja.
Dan jirriżulta minn informazzjoni li ta l-Ministru Clifton Grima għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
//= $special ?>