Knisja Kurżitajiet

Studju juri li l-Liżar ta’ Kristu f’Turin ittieħed “minn fuq skultura, u mhux minn fuq bniedem”

Studju li ġie ppubblikat dan is-sajf wera li l-Liżar ta’ Kristu li jinsab f’Turin – u li huwa meqjum minn bosta bħala sagru – ittieħed “minn fuq skultura u mhux minn fuq bniedem.” Bl-ipotesi l-aktar probabbli tkun, li dan il-liżar huwa biċċa drapp miż-żmien medjevali.

L-istudju ġie ppubblikat mir-rivista Archaeometry, u huwa bbażat fuq simulazzjoni 3D tal-immaġini li hemm fuq dan id-drapp.

Ir-riċerka tmexxiet minn espert Brażiljan.

Fi kliem sempliċi, dan ifisser li l-liżar meqjum fid-Duomo ta’ Turin mhuwiex relikwa awtentika ta’ Ġesù Kristu. U anke diversi professuri Taljani tal-istorja qed jaqblu mal-konklużjoni li d-drapp tpoġġa’ fuq skultura biex ġiet immarkata l-immaġini li hemm fuqu.