Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-Isptar Mater Dei wara ħabta fil-Marsa

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:30, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. Membri tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanza issejħu immedjatament fil-post sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom.

Ritratt: Catriel Farrugia

Ftit tal-mumenti wara s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

Fil-post isejħu wkoll Uffiċċjali ta’ Transport Malta biex jikkontrollaw it-traffiku.