Matul il-jum tat-Tnejn it-Tramuntana tal-Ingilterra, tal-Irlanda u l-Iskozja spiċċat taħt twissija safra, u f’xi zoni anke twissija oranġjo, hekk kif il-maltempata Floris ġabet magħha temp irregolari għall-istaġun, kif ukoll riħ ta’ kważi 145 kilometru fis-siegħa.
It-twissija oranġjo hija mistennija tidħol fis-seħħ mill-10 ta’ filgħodu sal-11 ta’ filgħaxija fl-Iskozja.
L-awtoritajiet qed iwissu li hemm periklu għall-ħajja minħabba debris li jista’ jkun qed itir fl-arja, mewġ kbir, u materjal mill-bajja li jista’ jtir għal fuq il-faċċati tal-baħar, toroq kostali u proprjetajiet.
Kumpaniji tal-ferroviji fl-inħawi l-aktar milquta mill-Maltempata Floris qed jappellaw lill-passiġġieri biex ma jivvjaġġawx. Fost ir-rotot li mistennija jingħalqu hemm minn Edinburgh sa Fife, minn Perth sa Dundee, u minn Aberdeen sa Inverness, kif ukoll il-Linja tal-Punent tal-Highlands.
Il-maltempata tista’ twassal ukoll għal għeluq ta’ toroq, b’diversi servizzi tal-laneċ diġà ġew ikkanċellati.
Il-Forzi Armati Britanniċi wkoll ikkanċellaw l-ispettakli li kienu skedati għal-lum tar-Royal Edinburgh Military Tattoo.
L-Ajruport ta’ Edinburgh wissa lill-klijenti biex jikkonfermaw jekk it-titjira tagħhom se ssirx, u jekk hi skedata kif suppost waqt il-maltempata.
U hekk kif illum hi festa pubblika fir-Renju Unit – is-Summer Bank Holiday – ħafna Ingliżi, Irlandiżi u l-iSkoti qed ikollom iqattgħu dan il-jum sajfi fid-djar tagħhom minħabba l-maltemp.
//= $special ?>