Internazzjonali Sport

West Ham jegħlbu lil Bournemouth

Bournemouth    0       West Ham United 2

B’gowl f’kull taqsima, West Ham immexxija minn Graham Potter għelbu lil Bournemouth fil-Mercedez Benz Stadium, f’Atlanta, fl-Istati Uniti. Fl-24 minuta kien NICLAS FULLKRUG li għeleb lil Neto biex poġġa lil West Ham fil-vantaġġ. Vantaġġ minimu li bih intemmet ukoll l-ewwel taqsima.

Minkejja reazzjoni minn Bournemouth bejn sostituzzjoni u oħra fit-67 minuta West Ham irduppjaw. Gowl minn JARROD BROWN li għeleb lil Dorde Petrovic li fit-tieni taqsima ħa post Neto.

Din kienet l-ewwel minn serje ta’ partiti ta’ qabel il-Kampjonat Premier.