Lokali Parlament

6,541 ilment quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur

In-numru ta’ lmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) f’dawn l-aħħar ħames snin u nofs mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025, kien ilaħħaq l-ammont ta’ 6,541 ilment. Madwar ta’ 1,200 fis-sena.

Jirriżulta minn mistoqsija fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ lill-Prim Ministru Robert Abela, li fis-sena 2020 kien hemm 1,270 ilment; fl-2021 kin hemm 1,100; fl-2022 saru 1,187 ilment; fl-2023 1,189; 1,234 is-sena li għaddiet u sa Mejjju ta’ din is-sena kien hemm 564 ilment.

In-numru ta’ ilmenti li ġew riżolti mingħajr ma tressqu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025 jammonta għal 2,371.

L-ilmenti li ġew riferuti quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur fl-istess perjodu kien ta’ 1,774 l-ilment.

li l-bqija tal-ilmenti, kważi 2,400, ma ngħalqux amikevolment jew lanqas ma ġew riferuti għat-Tribunal, ikunu jew ġew irtirati mill-konsumatur, jew ma setgħetx tittieħed azzjoni dwarhom peress li l-ilment ma jaqax fil-kompetenza tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jew ingħalqu wara li l-konsumatur ikun ingħata l-informazzjoni meħtieġa.