Bħal għada 80 sena ilu, sar l-ewwel attakk minn tnejn li baqa’ magħruf sew u kull sena nfakkruh. Hiroshima, l-ewwel fis-6 ta’ Awwissu 1945 u ftit jiem wara fid-9 ta’ Awwissu f’Nagasaki, meta nxteħtu fuqhom bombi atomiċi. Qatt qabel ma seħħ dan u l-effett kien devastanti aktar milli setgħu jbassru. Mietu diversi fil-jum u mietu diversi oħra wara fis-snin bil-feriti li sofrew.
Dan hu anniversarju li għandu jiftħilna moħħna lllum hekk kif 80 sena wara, quddiem għajnejna, qed nassistu għal gwerer oħra fl-Ukrajna fl-Ewropa stess u f’Gaza fejn saħansitra poplu sħiħ qed imut kawża tal-ġuħ bħala effett tal-gwerra bejn l-estremisti f’Gaża u Izrael. Il-gwerra l-oħra li wkoll ilha issa għaddejja s-snin hi bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Iż-żewġ gwerer qed jaffettwaw lill-pajjiżi kollha tad-dinja u m’hemmx awgurju li dawn il-gwerer jispiċċaw. L-għebusija tas-ras qed tirrenja.
Hu anniversarju wkoll li għandu jagħti ħafna lezzjonijiet li minnhom irridu lkoll nitgħallmu.
80 sena ilu mietu bejn 150,000 u 246,000 persuna. Ħafna minnhom nies ċivili. Illum kuljum qed imutu l-eluf kemm fil-gwerra tal-Ukrajna kif ukoll f’dik f’Gaza. It-tentattivi għall-paċi ilhom għaddjjin. S’issa ma tawx riżultati fit-tul u kif jixtiquh ħafna popli.
Dan l-anniversarju u l-ħruxija li għaddejja fil-gwerer illum, bit-titlu ‘Katina ta’ garanziji’, tfakkru f’opinjoni li qed jikteb illum fil-ġurnal In-Nazzjon Carm Mifsud Bonnici, ix-Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali u d-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.
//= $special ?>