It-Tour de France tan-nisa ilu jsir għal dawn l-aħħar 70 sena fejn fil-passat fis-snin 80 Jeanine Longo kienet rebħet tliet edizzjonijiet filwaqt li fis-snin 90 rebħet Catherine Marsal.
Ferrand Prevot, ta’ 33 sena saret l-ewwel ciklista minn Franza f’40 sena li rebħet it-Tour bl-aħħar rebbieħ ikun fil-kategorija tal-irġiel Bernard Hinault .
Wara li rebħet it-tmien stadju, id-disa’ u l-aħħar stadju kien fuq medda ta’ 124.1 kilometri bejn Praz Sur Arly sa Chatel.
B’kollox fid-disa’ stadji kienu fuq total ta’ 1168.6 kilometru fejn Pauline Ferrand Prevot għal Team Visma Lease a Bike temmet f’total ta’ 29 siegħa 54 minuta u 24 sekonda.
Ferrand Prevot rebħet b’distakk vantaġġ ta’ 3 minuti u 42 sekonda fuq Demi Vollering tal-Olanda għal FDJ Suez u distakk ta’ 4 minuti u 9 sekondi fuq il-Polakka Katarzyna Niewiadoma Phinney għal Canyon.
//= $special ?>