ĦAMRUN SPARTANS…………….1
MACCABI TEL AVIV……………….2
Ħamrun Spartans: H.Bonello, R.Compri, S.Thioune (M.El farris 80’, J.Mbong, V.Polito (E.Marcellina 63’), N.Koffi (S.Meijer 80’), J.Cadjenovic, A.Coric (D.Simkus 63’), Eder (M.Garcia 88’), O.Bjelicic, R.Camenzuli
Maccabi Tel-Aviv: R.Mishpati, R.Revivo, M.Camara (R.Shlomo82’), T.Asante, W.Patati (I.Noy 82’), S.Jehezkel (O.Davida 63’), N.Stojic, I.Sissokho, I.Shahar (E.Madmon 46’), D.Peretz, I.Nicolaescu (D.Turgeman 63’)
Referee: Kristo Tohver
Ħamrun Spartans kienu sfortunati ħafna li tilfu l-ewwel leg fit-Tony Bezzina Stadium, bl-Ispartans iwettqu prestazzjoni mill-aqwa fejn saħansitra anke kienu fil-vantaġġ għal xi mumenti tal-partita.
L-Ispartans tilfu l-ewwel leg tat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa League bl-iskor minimu ta’ 1-2.

Joseph Mbong ta’ Ħamrun Spartans fil-pussess tal-ballun (Ritratt: Joseph Galea)
Ħamrun jiftħu l-iskor meritament fil-71 minuta, dan wara li l-Ispartans iddominaw għall-partita kollha. Ħamrun skorjaw l-ewwel gowl tal-partita permezz ta’ azzjoni tajba tal-attakkant Taljan Saliou Thioune li jisraq il-ballun mid-difiża ta’ Maccabi u jibqa’ dieħel fil-kaxxa, fejn hemm eventwalment twaqqa’, bir-referee Tohver isaffar penalty. Jinkaruga ruħu mill-penalty N’Dri Koffi, bl-attakkant jikkonerta bil-kalma kollha u jiftaħ l-iskor għal Ħamrun.

N’Dri Koffi kien l-iskorer ta’ Ħamrun Spartans wara 71 minuta logħob
Ħamrun ikomplu fuq l-offensiva għal ftit minuti wara, madankollu kontra kull xejra ta’ logħpb, Maccabi Tel Aviv jirnexxielhom jillivelaw l-iskor permezz ta’ Roy Revivo, hekk kif il-ballun jaqa’ f’saqajn l-plejer minn korner, bid-difensur laterali ma jiżbaljax minn ftit metri ‘l bogħod minn Henry Bonello.
Ħamrun ikomplu jattakkaw, u dan iħalli d-difiża tal-Ispartans esposta għall-gowl ieħor fl-aħħar sekondi tal-partita. Ftit sekondi qabel tmiem il-partita, fil-ħin miżjud, is-sostitut Elad Moadmon jirnexxielu jegħleb lil Henry Bonello biex jikseb vantaġġ fl-ewwel leg għal Maccabi Tel Aviv.
It-tieni leg tal-partita tintlagħab il-Ħamis 14 ta’ Awwissu fit-8pm, fis-Serbja.

Iddebutta Ante Ćorić fil-partita kontra Maccabi Tel Aviv
//= $special ?>