Il-kampjonati jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Golf u huma organizzati għal nazzjonijiet tal-golf żgħar u emerġenti li ma jikkompetux fl-Ewwel jew it-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet Dilettanti f’dik is-sena.
L-ewwel edizzjoni tat-tournament tal-irġiel saret fl-2015 u dik tan-nisa sena wara.
Malta kellha tim tal-irġiel għall-edizzjonijiet kollha tat-tournament, fejn rebħet erba’ midalji tal-fidda u erba’ midalji tal-bronż.
It-tim tan-nisa kien ippreżentat għall-ewwel darba fl-2024, bit-tim dakinhar temm fil-ħames post u fir-raba’ post din is-sena.
Erba’ plejers, minn kull tim tal-irġiel u tan-nisa, jikkompetu fuq erbat ijiem, li jibdew bi 18-il hole ta’ kwalifikazzjoni tal-stroke play, segwiti minn tlett ijiem ta’ rawnds knock-out tal-match play, kull wieħed jikkonsisti minn wieħed għal erba’ u żewġ logħbiet singles.
//= $special ?>