Sport

Malta titlef mal-Greċja 

Greċja    81     Malta    46

Malta, immexxija minn Charles Bonnici assistit minn Maria Agiu, immaturat fl-ewwel żewġ sessjonijiet fejn sa ħin il-mistrieħ, il-Greċja kienet 51 – 18 fil-vantaġġ.

Fl-ewwel sessjoni distakk ta’ 20 punt għal Greċja 28 – 8 bl-andament jibqa’ l-istess matul it-tieni sessjoni li l-Greċja għalqet 23 – 10.

Wara l-mistrieħ, bit-tim Malti aktar fil-partita, fit-tielet sessjoni qasam il-logħob minkejja li l-Greċja rebħet 13 – 8. Ta’ sodisfazzjoni għal Malta li minkejja l-passiv rebħet l-aħħar sessjoni 20 – 17 bil-partita tintemm 81 – 46 għal Greċja.

L-aħjar scorer għal Malta kienet Vanya Baldacchino bi 8 punti, Jada Said u Philippa Riolo b’7 punti kull wieħed, Andrea Saliba b’6 punti, Ella Abela u Sarah Fenech Pace b’5 punti kull wieħed, Rebecca Fenech Pace u Sarah Sciberras bi 3 punti kull wieħed u Lisa Fenech b’2 punti.

L-impenn li jmiss għat-tim Malti huwa kontra l-Albanija.