Il-Prim Ministru Izraeljan Benjamin Netanyahu se jkun qed iżid l-offensiva tiegħu f’Gaza.
Rapporti internazzjonali qed jindikaw illi Netanyahu se jkun qed iżid l-offensiva tiegħu sabiex jilħaq il-miri kollha tiegħu fil-Medda ta’ Gaza, dan hekk kif – fi kliemu stess – kulħadd għandu jingħaqad sabiex jelimina lill-għadu.
Dan kollu jiġi wara diskussjonijiet indiretti bejn Hamas u Izrael għall-waqfien mill-ġlied – li kienu kkonkludu 60 jum ta’ waqfien mill-ġlied. B’dawn il-jiem kellhom iwasslu sabiex in-nies ta’ Gaza jirċievu l-għajnuna dan filwaqt li nofs l-ostaġġi miżmuma mill-Hamas kellhom jiġu rilaxxati.
//= $special ?>