Raġel ta’ 69 sena li jgħix Għawdex ittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien għaddej bir-rota tiegħu fis-Siġġiewi.
Il-każ seħħ dalgħodu, ftit qabel it-8am.
Kelliem għall-Pulizija qalilna li l-inċident seħħ fi Triq Santa Margerita, is-Siġġiewi.
Il-vettura, tal-għamla Ford, kienet misjuqa minn raġel.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tar-rota għadha mhix magħrufa.
Intant, fl-istess ħin seħħ inċident ieħor (ritratt) biswit l-isptar Mater Dei – iżda f’dan il-każ il-persuna involuta sofriet ġrieħi ħfief.
//= $special ?>