Lokali

Triq Mikiel Anton Vassalli b’karreġġata waħda fid-direzzjoni tal-Msida sal-15 ta’ Settembru

“Sibu triq alternattiva jew aħsbulu qabel”

Għal tal-inqas dan ix-xahar li ġej Triq Mikiel Anton Vassalli, ċioè it-triq li minn Tal-Qroqq twassal lis-sewwieqa lejn l-Imsida, se tkun qed titnaqqas għal karreġġata waħda bejn nhar il-Ħamis 7 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Settembru.

Dan hekk kif għaddejja l-ħidma fuq il-flyover, b’Infrastructure Malta tħeġġeġ liċ-ċittadini jsibu toroq alternattivi, jew jaħsbulu qabel.