Alexander Zverev irnexxielu jirkupra minn set minn taħt fl-Open tal-Kanada, f’Toronto, biex għeleb lil eks rebbieħ tat-Tournament Alexei Popyrin 6-7 ; 6-4 ; 6-3.
Il-Ġermaniż ta’ 28 sena jinsab fil-75 semifinali tiegħu fl-ATP Tour, u b’hekk sar l-uniku plejer tal-irġiel attiv li laħaq dak it-tragward flimkien ma’ Novak Djokovic.
Hu se jiffaċċja lir-Russu Karen Khachanov, li għeleb lil Alex Michelsen tal-Istati Uniti f’żewġ sets 6-4 ; 7-6
Fl-istess waqt l-organizzaturi ta’ Cincinnati Open ikkonfermaw li Novak Djokovic irtira mit-tournament għal raġunijiet personali.
Iċ-champion tal-Grand Slam għal 24 darba, li mhux qed jikkompeti f’Toronto minħabba li għandu injury fil-groin, ma lagħabx minn meta tilef kontra Jannik Sinner fis-semifinali ta’ Wimbledon u mhux probabbli li jilgħab qabel l-Open tal-Istati Uniti, li jibda fl-24 ta’ Awwissu.
//= $special ?>