Lokali Parlament

800 pazjent jistennew għall-colonscopy miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent

Hemm 807 pazjent li ilhom jistennew intervent għall-colonscopy u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.

Dan jirriżulta minn tweġiba li ta l-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela għal mistoqsija li għamel id-Depuat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia li staqsa lill-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali.

Il-Ministru wieġeb ukol li ż-żmien ta’ stennija jiddependi mill-urġenza tal-każ. 

Dan hu intervent mediku li jeżamina fuq ġewwa tal-pazjent u fejn jiddaħħal strument bil-kamera biex jidentifika xi polyps jew ulċeri li jista’ jkun hemm, fost l-oħrajn.