Internazzjonali

F’Hiroshima: Jitfakkar it-80 anniversarju mill-bomba atomika

L-Erbgħa filgħodu fil-Ġappun tfakkar it-80 anniversarju minn meta l-Istati Uniti tefgħet il-bomba atomika fuq il-belt ta’ Hiroshima.

Il-Prim Ministru Ġappuniż attenda ċ-ċerimonja flimkien ma’ uffiċjali minn madwar id-dinja, u s-sindku tal-belt.

It-Tieni Gwerra Dinjija ntemmet wara li l-Ġappun ċeda, hekk kif l-Istati Uniti tefgħet il-bombi fuq Hiroshima u Nagasaki. Dawn il-bombi qatlu aktar minn 200,000 persuna… uħud b’mod immedjat, u oħrajn kawża tal-mard ikkawżat mir-radjazzjoni u ħruq serju.