Żewġ persuni spiċċaw iddaħħlu l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li tard ilbieraħ filgħaxija kien hemm xi ġlied f’Għawdex.
Jidher li aktar kmieni seħħet ġlieda fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat u fiha persuna sfat midruba tant li kellha tidaħħal l-isptar. Jidher li l-ġlieda seħħet għall-ħabta tad-9:45pm. Hemm, il-Pulizija, sabu raġel ta’ 44 sena li jgħix ir-Rabat, b’xi ġrieħi f’rasu. Dan l-individwu kien informa lill-Pulizija li ġie aggredit.
L-istess grupp ta’ nies li huma kollha ta’ nazzjonalita barranija niżlu l-Imġarr, propju għal Gozo Channel b’żewġ karozzi wara raġel ieħor u hemm aggredawh b’lasti u lembubi.
Fl-Imġarr marru l-puzija u ambulanza li assistew il-vittma, u persuna oħra – li huwa żagħżugħ ta’ 23 sena.
Il-kundizzjoni taż-żewġt irgiel s’issa għadha mhix maghrufa filwaqt li l pulizija qegħdin jinvestiga il-każ.
Skont sorsi, l-argument kien bejn żewġ gruppi ta’ barranin.
Jirriżulta li ż-żewġ persuni sofrew feriti gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>