Pjazza San Ġorg fil-Belt Valletta għal sena oħra se tkun qed tospita l-ispettaklu Opera in the Capital, fis-6 ta’ Settembru li ġej, mid-disa’ ta filgħaxija ‘l quddiem.
Din is-serata se tiċċelebra s-sbuħija tal-opra; għalkemm hija ta’ interess ukoll anke għal dawk li mhumiex xi fanatiċi kbar tal-mużika klassika.

Il-Maestro Ryan Paul Abela, se jkun qed jieħu ħsieb ir-repertorju mużikali ta’ din l-edizzjoni ta’ ‘Opera in the Capital’ – li hija il-ħames edizzjoni
Din is-serata se tinkludi l-aqwa talent lokali, fosthom it-tenuri Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens flimkien mal-vokalista Nadine Axisa.

Intant, dawn l-artisti Maltin se jkunu qed joffru divertiment għal dawk kollha li jattendu, b’siltiet mill-opra, films u musicals. Biex b’hekk din is-serata se tkun varjetà ta’ spettaklu minn Malta għall-Maltin.
