Ir-rapporti li daħlu lill-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi, żdied matul dawn l-aħħar snin, u minn 341 fl-2021 ir-rapporti żdiedu għal 473 fis-sena li għaddiet. Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena diġà saru xejn inqas minn 186 rapport.
Ir-rapporti lilll-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi kkkonfermahom fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Jirriżulta li n-numri ta’ rapporti li saru fl-2022 kienu 260; u fl-2023 saru b’kollox 415. F’erba snin sħaħ bejn l-2021 u l-2024 ir-rapporti dwar ħsejjes eċċessivi żdiedu b’132 rapport minn 341 goħal 473.
//= $special ?>