L-MDA esprimiet it-tħassib tagħha għall-mod kif f’nofs is-sajf ħarġet sejħa għal Expression of Interest b’terminu ta’ ftit ġimgħat biex art pubblika tingħata b’xejn mill-Gvern, bl-iskuża ta’ housing affordabbli.
Fi stqarrija, l-MDA stqarret li kemm il-Ministru Roderick Gales kif ukoll l-aġenzija m’għandhomx il-mezzi biex jimmonitorjaw il-kwalità tax-xogħlijiet li jkunu qed isiru. L-Assoċjazzjoni kkritikat lill-Ministru Roderick Galdes fejn qalet, “jekk qata’ qalbu li jagħmel dawn ix-xogħlijiet permezz ta’ kuntratti pubbliċi li jingħataw b’mod miftuħ lil kuntratturi permezz ta’ proċess trasparenti, allura għandu jirriforma b’din is-sistema u mhux jiftaħ il-bieb għall-abbużi billi jagħti art pubblika.”
Barra minn hekk, hemm sistemi użati f’pajjiżi oħra Ewropej, bħal inċentivi fiskali u private-public partnerships għal min qed jixtri, li joffru parti mill-proġetti tagħhom għall-bejgħ jew kiri b’rati inqas minn tas-suq.
L-MDA kompliet tgħid li ma taqbilx li żviluppaturi, jingħataw art pubblika b’xejn biex jibnu housing soċjali u jagħmlu qligħ minnu. Qalet ukoll li fl-opinjoni tagħha, il-Ministru Galdes qed jaħseb biss fuq terminu qasir ħafna mingħajr ma jara l-konsegwenzi fuq l-industrija b’mod ġenerali u r-riskji fuq il-banek.
Fl-istess stqarrija, l-MDA temmet tinkoraġġixxi lill-Gvern biex ikompli jsaħħaħ l-iskemi eżistenti u jabbanduna dan il-proġett li qed isir bla konsultazzjoni u li se jiftaħ il-bibien beraħ għall-abbużi, kemm minn min ibigħ kif ukoll minn min jixtri.
//= $special ?>