Sport

L-Umpire Keith Calleja b’wirjiet tajbin fit-Turkija

L-umpire Malti Keith Calleja kien fl-azzjoni waqt il-Euro Hockey 3 li sar fil-belt Torka ta’ Kirklareli, il-ġimgħa l-oħra.

Calleja kien assenjat li jikkontrolla erba’ logħbiet fejn fl-iktar partita eċitanti, dik bejn il-Finlandja u l-Lussemburgu li spiċċat fi draw ta’ 2-2, hu kellu kummenti pożittivi mill-uffiċjali l-oħra tal-logħba. Hu deher ukoll fil-logħba bejn il-Litwanja u l-Lussemburgu (3-1) kif ukoll l-Ungerija kontra l-Finlanda (3-2). Anke hawn Calleja wera kwalitajiet mill-aqwa sabiex kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa uffiċjali tat-turnew. Hu kien ukoll bħala umpire ta’ riserva f’xi logħbiet oħra fit-Turkija.

Din kienet it-tieni esperjenza ta’ Calleja f’kompetizzjoni internazzjonali hekk kif fis-sena 2022 hu kien ukoll f’kampjonat ieħor organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Hockey f’Amsterdam.