F’jum għeluq sninu, fit-30 ta’ Lulju, l-artist lokali Malcolm issorpriża l-fans tiegħu bil-kanzunetta l-ġdida tas-sajf, “I Found You.” Il-kanzunetta issa hija disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali kollha u qed tinstema’ fuq stazzjonijiet tar-radju kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
“I Found You” hija kanzunetta romantika u pozittiva, perfetta għas-sajf – b’ħafna emozzjoni – ftit kliem li jgħaddu messaġġ qawwi dwar is-sejba ta’ mħabba vera.
Il-kanzunetta hija l-frott tal-kollaborazzjoni kontinwa ta’ Malcolm mal-produttur Taljan tiegħu, Gas, li jikkonponi u jipproduċi l-biċċa l-kbira tal-mużika tiegħu.
Malcolm flimkien mat-tim tiegħu bħalissa qed jaħdmu fuq il-video uffiċjali tal-kanzunetta, li hu mistenni joħroġ f’Settembru.