NEPTUNES BEST GYMS……. 14
SLIEMA FRANK SALT……….. 14
(Neptunes rebħu 8-7 bl-għoti tal-penalties)
(5-5), (4-2), (3-5), (2-2)
Quddiem folla numeruża, finalment kellhom ikunu l-għoti tal-penalties li firdu liż-żewġ timijiet. Logħba mill-isbaħ bejn żewġ timijiet li ħadd minnhom ma kien ħaqqu jkun eliminat iżda finalment kienu Neptunes Best Gyms li ħarġu rebbieħa u se jilagħbu l-finali tal-play-off għar-rebħ tal-kampjonat kontra San Ġiljan.
Għal Sliema dan hu diżappunt kbir wara li fis-sajf ta’ sena ilu rebħu l-kampjonat wara nuqqas ta’ 15-il sena. Id-diżappunt jiżdied meta wara li rebħu l-ewwel tmien l-ewwel logħbiet tal-kampjonat, tilfu l-erba’ konfronti diretti mis-26 ta’ Lulju.
Dan ifisser li tilfu kontra Neptunes u San Ġiljan biex anki tilfu l-ewwel post qabel il-play-offs filwaqt li tilfu żewġ logħbiet konsekuttivi kontra Neptunes. Sliema jippruvaw isalvaw is-sajf fin-knock-out u inċidentalment għandhom ċans għal tpattija sportiva hekk kif jilagħbu s-Sibt proprju kontra Neptunes.
Il-logħba kienet karatterizzata minn botta u risposta u biż-żewġ timijiet ikollhom il-mumenti tagħhom. Ta’ min wieħed ifaħħar il-prestazzjoni tal-gowlkiper ta’ Sliema Nicky Grixti li daħal waqt il-logħba minkejja li ma kienx regolari fl-aħħar logħbiet. Iż-żewġ barranin jiġifieri Gergo Zalanki għal Neptunes u Angelo Vlachopoulos urew il-kwalitajiet tagħhom.
Stevie Camilleri ma kellux l-aqwa logħba tiegħu iżda minkejja li ma kienx preċiż biżżejjed u anki falla żewġ penalties, irnexxielu jsib ix-xibka fl-aktar mument importanti, liema gowl wassal biex il-logħba kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties. Qabel il-partita ġiet osservata minuta silenzju b’rispett ta’ Victor Pace (President ta’ Ta’ Xbiex) u Alex Stellini (eksplejer u membru fil-kumitat ta’ Neptuns) li mietu fl-aħħar jiem.
Sliema fetħu tajjeb u ħadu vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni iżda Neptunes irnexxielhom idawru r-riżultat bi tliet gowls konsekuttivi. Sliema reġgħu marru fil-vantaġġ 5-4 sakemm Stevie Camilleri ġab id-draw. Neptunes ħadu l-kontroll tal-logħba fit-tieni sessjoni hekk kif wara l-gowl ta’ Liam Galea, Neptunes skorjaw erbgħa wara xulxin u bnew vantaġġ ta’ 9-6.
Kien imiss lil Sliema li jwettqu reazzjoni u wara li Jayden Cassar naqqas id-distakk lejn tmiem it-tieni sessjoni, Sliema skorjaw darbtejn oħra kmieni fit-tielet sessjoni biex għamlu r-riżultat 9-9. Hawn beda kapitlu ieħor f’din l-istorja, b’Sliema juru reżistenza biex irkupraw żvantaġġi ta’ 11-9 u 12-11 u spiċċaw is-sessjoni ndaqs.
Angelos Vlachopoulos skorja darbtejn fl-ewwel parti tal-aħħar sessjoni u xeqleb il-miżien favur Sliema wara li kienu ilhom ma jkunu fuq quddiem mill-bidu tat-tieni sessjoni. Iżda meta deher li Neptunes kellhom telgħa iebsa, l-ewwel kien Jordan Camilleri li qabbeż b’mod delizzjuż fuq Grixti biex fl-aħħar minuta tal-logħba Stevie Camilleri evita t-telfa u tefa’ l-logħba biex tkun deċiża bl-għoti tal-penalties.
Wara l-ewwel tliet penalties, Sliema kellhom vantaġġ ta’ 3-2 wara li l-penalty ta’ Stevie Camilleri ġie salvat minn Grixti. Il-gowlkiper Slimiż salva iżda ma żammx ix-xutt ta’ Julian Valletta u fuq in-naħa l-oħra, Matthew Castillo salva l-penalty ta’ Andreas Galea.
Fit-tieni rawnd ta’ penalties, reġa’ falla Stevie Camilleri iżda Dino Zammit falla l-penalty tar-rebħa b’xutt li ġie salvat minn Castillo. Sam Gialanze, Julian Valletta u Alec Fenech skorjaw għal Neptunes filwaqt li Liam Galea u Andreas Galea skorjaw għal Sliema iżda l-20 penalty tal-logħba mogħti minn Jayden Cutajar ġie salvat minn Castillo fost il-ferħ tal-plejers u partitarji ta’ Neptunes.
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (1), G. Zalanki (4), L. Mallia (1), J. Camilleri (3), J. Valletta (1), S. Camilleri (2), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech, M. Azzopardi (1), M. Rossi, E. Mallia
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (1), L. Galea (3), J. Gambin, J. Cassar (1), B. Cachia (1), J. Cutajar (3), D. Rizzo, J. Brownrigg, A. Galea, A. Vlachopoulos (5), D. Zammit, B. Busuttil, S. Engerer
Referees: Julien Bourges, Alex de Raffaele
WATERPOLO – BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI
Otters fil-finali tal-play-off kontra Marsaxlokk
MARSASKALA OPTIMA……. 12
OTTERS NIVEA………………….. 17
(3-4), (4-5), (1-2), (4-6)
Otters Nivea għamlu dak li ma għamlux il-Ġimgħa u rebħu t-tielet semifinali tal-play-offs biex b’hekk jaffrontaw lil Marsaxlokk MFF fil-finali fuq tliet logħbiet għar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni. Kollox ma’ kollox kienet rebħa meritata għal Otters li urew aktar kwalità fil-logħba, b’Marsaskala kienu kostretti jiġru wara r-riżultat.
Otters ħadu vantaġġ ta’ 3-2 fit-tieni parti tal-ewwel sessjoni u minn hemm qatt ma marru fi żvantaġġ. Marsaskala rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs fit-tieni sessjoni iżda gowls ta’ Philip Tabone u Shailon Cutajar taw vantaġġ ta’ 8-6 lil Otters, distakk doppju li żammew sa tmiem is-sessjoni.
Il-vantaġġ ta’ Otters kiber għal 10-7 fit-tielet sessjoni u wara li Dean Ciantar naqqas id-distakk, Luigi Dimech wieġeb għal Otters lejn tmiem is-sessjoni. It-tim ta’ Mijat Mijatovic għamel il-pass deċiżiv fil-bidu tal-aħħar sessjoni b’żewġ gowls oħra li għamluha impossibbli biex Marsaskala jirkupraw. Huma baqgħu jikkontrollaw il-vantaġġ sat-tmiem.
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), T. Fenech, J. Pace Mizzi (2), J. Simpson, R. Greco (1), M. Agius, G. Kovacs (5), K. Grech (1), G. Sammut, M. Curmi (1), T. Camilleri (1), L. Gatt, N. Rizzo
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, A. Dimech (1), C.J. Saliba, M. Meli (1), K. Micallef, D. Gogov (5), M. Soler (1), L. Dimech (4), V. Figliomeni, M. Farrugia, P. Tabone (3), Z. Dzanovic, S. Cutajar (2)
Referees: Riccardo D’Antoni, Massimo Angileri
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 8 ta’ Awwissu
KO I Diviżjoni: Barracudas v Marsaskala 6.15pm, Ta’ Xbiex v Otters 7.30pm
Is-Sibt 9 ta’ Awwissu
KO Kampjonat Premier: San Ġiljan v Valletta 6.00pm, Neptunes v Sliema 7.15pm
//= $special ?>