Internazzjonali

Rappreżentant ta’ Trump jiltaqa’ ma’ Putin fir-Russja

Matul il-jum tal-Erbgħa saret laqgħa bejn il-mibgħut Amerikan Steve Witkoff u l-President tar-Russja Vladimir Putin f’Moska.

Din il-laqgħa kienet organizzata hekk kif qed joqrob l-iskadenza stabbilita mill-President Amerikan Donald Trump, sabiex ir-Russja taqbel fuq waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna.

Trump qal li r-Russja tista’ tiffaċċja sanzjonijiet kbar jekk ma tieħux passi biex itemm dak li qed isejjaħ “gwerra orribbli” mal-Ukrajna. Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, minn naħa tiegħu, laqa’ l-possibbiltà ta’ sanzjonijiet u dazji aktar iebsa mill-Istati Uniti fuq pajjiżi li jixtru ż-żejt Russu.

Qabel ħa l-kariga ta’ President f’Jannar, Trump kien qal li seta’ jtemm il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna f’ġurnata waħda. U minħabba li ma rnexxilux, hu saħħaħ ir-retorika tiegħu kontra r-Russja.