Il-liġi tal-ippjanar tagħti aktar poter lill-Ministru. Tagħti aktar saħħa lill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Iżda għall-perit-avukat Robert Musumeci, dan kollu huwa ġustifikabbli – minkejja l-kritika enormi li waslet mhuxx biss mill-attivisti, iżda anke mill-Kamra tal-Avukati u saħansitra nies mil-Labour stess.
Dan kollu ħareġ ċar meta Musumeci ħa nofs siegħa sħiħa fuq il-PBS biex jiġġustifika l-liġijiet il-ġodda tal-ippjanar; li kien propju hu l-awtur tagħhom.
Fil-programm Xtra, Robert Musumeci insista li din kienet deċiżjoni politika tal-Gvern, li ried ibiddel il-liġijiet tal-ippjanar. Iżda Saviour Balzan fakkar lill-Perit Musumeci li din kienet liġi deskritta minn ħafna bħala “malizjuża”. Bil-Perit Musumeci jibqa’ jaħrab milli jwieġeb direttament id-domandi dwar il-poteri akbar li qed jingħataw lill-Bord tal-Ippjanar.
Intant, fil-programm ħareġ ukoll li Robert Musumeci ried li jkun fil-programm waħdu, u ma jkollu lil ħadd miegħu fl-istudio.
//= $special ?>