Kultura Lokali

Spetaklu uniku fil-Qrendi waqt il-marċ tat-Tielet Tridu fil-Festa Santa Marija Qrendi

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Qrendi ser tkun qed torganizza il-marċ kbir ta’ tielet Tridu, fil-Festa Titulari tal-Qrendi ad unur il-Patruna Santa Marija.

Dan il-marċ ser isir l-Erbgħa 13 ta’ Awwissu fil-Qrendi u jibda fid-9pm.

Il-Banda Santa Marija Qrendi tibda marċ brijuż madwar it-toroq tal-Qrendi li matulu ser isir spettaklu awdjo-viżiv fil-pjazza prinċipali tal-Qrendi quddiem il-Knisja Parrokjali u s-Sede tal-istess Soċjetà.

Fil-ħin tad-9:15pm, l-Għaqda tan-Nar Santa Marija Qrendi tibda spettaklu ta’ nar tal-ajru fil-by-pass tal-Qrendi. Waqt dan l-istess marċ isir it-tlugħ tal-Madonna tal-Inkurnazzjoni fuq il-pedestall. Fil-ħin ta’ nofsilejl nassistu għall-spettaklu uniku fil-Qrendi ta’ nar sinkronizzat mal-mużika minn fuq il-bejt ta’ Palazz Marija Assunta. Spettaklu rinomat u inovattiv b’effetti ġodda, li jkompli jikber fuq dak li sar fl-aħħar snin.

Għal tmiem dan il-marċ jingħaqad magħna DJ Nate flimkien ma’ banda iffurmata mill-Bandisti tal-Banda Santa Marija. Magħna se jingħaqad ukoll DJ Carlo Gerada għall-divertiment fil-Palazz Marija Assunta.