Raġel ta’ 28 sena minn Birżebbuġa ngħata sentenza ta’ tmien xhur ħabs wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet meta naqas li jmur jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija bejn it-28 ta’ Lulju u l-4 ta’ Awwissu, kif kien ordnat mill-qorti.
L-akkużat kien diġà tressaq fuq każ ieħor fejn ġie akkużat li ħedded lin-nanntu biex tagħtih il-flus għad-droga. L-Ispettur Omar Zammit għall-prosekuzzjoni spjega li l-akkużat ġie arrestat f’Ħal Qormi wara li kiser ordni tal-Qorti.
Id-difiża, rappreżentata mill-Avukat Ingrid Zammit Young, sostniet li l-akkużat għandu problemi ta’ dipendenza mid-droga u li bħalissa qed ifittex għajnuna b’appoġġ minn ommu. Il-prosekuzzjoni qablet li hemm bżonn sentenza ta’ ħabs iżda talbet ukoll ordni ta’ kura sabiex l-akkużat jirċievi l-assistenza meħtieġa waqt li jkun fil-ħabs.
Il-qorti, irrevokat il-garanzija, ordnat sentenza ta’ tmien xhur ħabs, u kkonfiskat €500 mill-garanzija personali tiegħu. Barra minn hekk, il-Qorti ordnatil-kura biex il-persuna tingħata l-għajnuna meħtieġa fil-ħabs.
//= $special ?>