Lokali Parlament

19-il ilment minn Tas-Sliema biss dwar noise pollution

Il-Pulizija rċeviet dsatax-il ilment mingħand ir-residenti ta’ Tas-Sliema dwar noise pollution mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-25 ta’ Ġunju 2025 – f’sena u nofs.

Dawm l-ilment kienu reġistrat fis-sistema elettronika tal-Pulizija. Fl-istess perjodu nħarġu 13-il akkuża għal proċeduri fil-Qorti kontra persuni responsabbli.

Dan ikkonfermah il-Ministru Byron Camilleri meta fil-Parlament wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

F’mistoqsija parlamentari li saret aktar qabel mill-istess Deputat Nazzjonalista, kien intqal li l-Pulizija rċeviet dsatax-il ilment dwar noise pollution matul din is-sena sal-25 ta’ Ġunju u s-sena li għaddiet.